Monday, September 30, 2024

Jiftħu r-reġistrazzjonijiet għar-Raba’ Edizzjoni tal-iStart Up Festival Malta

Aqra wkoll

Ir-raba’ edizzjoni tal-iStart Up Festival Malta, se ssir fis-17 u t-18 ta’ Ottubru 2024 fil- Malta Fairs and Conventions Centre (MFCC) u l-park ta’ maġenbu Ta’ Qali, Malta.

Filwaqt li jibni fuq is-suċċess ta’ dawn l-aħħar tliet snin, il-festival ta’ din is-sena ser jkun akbar, u aktar innovattiv. Il-Festival malajr sar pedament tal-ekosistema nazzjonali ta’ Malta għall-istartups, u jkompli jattira b’mod konsistenti talent intraprenditorjali kemm mis-swieq lokali kif ukoll internazzjonali.

L-avveniment din is-sena ser jkun qed jikber billi jingħaqad flimkien ma’ Techxpo. Techxpo ser jkun żieda ġdida ma’ Startup Festival Malta u ser joffri numru ta’ esperjenzi relatati mat-teknoloġija u l-innovazzjoni industrijali f’ żona dedikata.

Edizzjoni Passati

Fis-sena inawgurali tiegħu, il-festival mhux biss iċċelebra l-ekosistema tal-istartups f’Malta iżda wkoll immarka l-20 anniversarju tal-Kordin Business Incubation Centre (KBIC). Sa mill-bidu tiegħu, il-KBIC kien ta għajnuna kbira għal għadd kbir ta’ startups, li kibru f’ impriżi ta’ suċċess. L-ewwel edizzjoni tal-festival enfasizzat dawn is-suċċessi u stabbiliet ix-xena għal avvenimenti futuri.

It-tieni edizzjoni pprovdiet opportunitajiet siewja għall-dawk li jaspiraw li jibnu kumpanija u ffaċilitat sessjonijiet kruċjali bejn negozji ġodda kif wkoll dawk li qed jespandu, ma’ investituri lokali kif wkoll internazzjonali. Dan l-isforz għen biex jitnaqqas id-distakk bejn l-innovazzjoni u l-investiment, u stabbilixxa t-triq għall-kollaborazzjonijiet futuri.

It-tielet sena, rat il-Festival jikber u jatratta mistednin internazzjonali rinomati, diskussjonijiet li jqanqlu l-ħsieb, kif wkoll l-introduzzjoni ta’ ammont ta’ workshops prattiċi mfassla apposta. L-ispazju estiż għall-wirjiet offra wkoll esperjenza komprensiva għal dawk li attendew. Barra minn hekk, ġiet introdotta il-Mindfulness Area li kompliet tenfasizza l-importanza tas-saħħa mentali, u li għanda l-għan li tiżgura approċċ olistiku għall-intraprenditorija.

Ir-reġistrazzjonijiet għall-iStart Up Festival issa huma miftuħa! L-intraprendituri, l-investituri, u dawk li jagħmlu parti mill-ekosistema tal-istartups huma mistiedna jingħaqdu flimkien għall aktar innovazzjoni, u biex jkomplu jispiraw ruħhom għal dak li jwiegħed li se jkun wieħed mill-akbar avveniment intraprenditorjali tas-sena.

Titlifx din l-okkażjoni biex tkun parti mill-ekosistema tal-istartups f’Malta.

Irreġistra issa fuq https://startupfestivalmalta.com/sufm24-registration/

Sport