Il-ġenituri ta’ Juan ħassew il-ħtieġa li jikkommemoraw din il-ġurnata b’ġest pożittiv. Għaldaqstant għamlu ġabra bejn il-familjari li rriżultat f’somma ta’ €443 li tawhom donazzjoni lil Puttinu.
Juan miet 10 snin ilu, fit-23 ta’ Diċembru, wara li tilef il-battalja tiegħu kontra l-kanċer.
Huwa qatta’ disa’ xhur fl-appartamenti ta’ Puttinu fl-Ingilterra fejn kien akkumpanjat minn familtu.
“L-isbaħ ħaġa li nibqgħu ngħożżu fi Juan hi s-sens ta’ solidarjetà”. Hekk iddreskrivew lil Juan il-mexxejja ta’ Puttinu Cares.