Thursday, December 26, 2024

Jiġbru għal Puttinu Cares waqt pellegrinaġġ bil-muturi

Aqra wkoll

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr organizzaw is-seba’ edizzjoni tal-pellegrinaġġ bil-muturi f’jum il-festa ta’ Santa Marija.

Is-sewwieqa nġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr, bil-pellegrinaġġ jibda għall-ħabta għall-ħabta tal-10.00 a.m.

Minn hemm imbagħad irħewlha lejn Ħad-Dingli fejn mal-wasla ħdejn il-Knisja Arċipretali sar it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa ngħataw ukoll tifkira tal-okkażjoni.

Dan il-pellegrinaġġ kellu wkoll għan nobbli warajh billi s-sewwieqa kienu mitluba jagħtu donazzjoni b’risq Puttinu Cares u b’hekk ikunu qed jgħinu lill-Fondazzjoni fit-twettieq ta’ proġett kbir fiċ-ċentru ta’ Londra li se joffri akkomodazzjoni għal pazjenti Maltin u l-qraba tagħhom.

Ekonomija

Sport