Saturday, May 31, 2025

Jigdimha ġo wiċċha u jgħidilha li hu d-dimonju

Kien irid sess orali waqt li qed isuq

Aqra wkoll

Dakinhar tat-tieġ ir-raġel kien il-każin mal-familjari tiegħu u kien xurban. Kellhom imorru n-nies jgħidulu li l-mara qed tistennieh fuq l-artal. L-istorja tagħha marret għall-agħar meta twieldu t-tfal. L-omm tiddikjara li kien jigdimha ġo wiċċha u jgħidilha li hu d-dimonju. Kien isakkar il-kamra u jaqbeż mit-tieqa biex joħroġ u ma jindunawx. Kien iridha tagħmel is-sess orali waqt li qed isuq. Mix-xhieda li ngħatat ħareġ il-martirju li għaddiet l-omm u uliedha fosthom provokazzjonijiet, swat anke meta kellha seba’ xhur tqala. Darba oħra taha daqqa ta’ ponn ġo wiċċha u kissrilha s-snien ta’ isfel.

Il-mara fix-xhieda tagħha nqabdet tqila fl-1995 u omm ir-raġel qaltilhom biex jiżżewġu u offriet li tħallas kollox hi. Tgħid li wara li twieldet it-tifla l-affarijiet marru għall-agħar u telqet għand ommha bit-tifla wara li sabitlu biċċa blokka wara argument. 

Tgħid li sakemm kienu joqogħdu għand ommha kien hemm ċertu ġranet fejn hu kien jaħdem sas-2.00 a.m. iżda mbagħad kien jibqa’ ħiereġ ma’ sħabu sa filgħodu. Meta jirritorna ġieli kien ikollu riħa ta’ xorb u jigdimha ġo wiċċha u jgħidilha li hu d-dimonju. Tispjega li hi kienet taħdem bix-shift u żmien wara saret taf li kien isakkar il-kamra u jaqbeż mit-tieqa biex il-familjari ma jindunawx li jkun telaq, u jagħmel lejl barra. Meta t-tifla kienet tqum għall-ħalib kienu jsibu l-bieb imsakkar bil-pum magħluq miż-żewġ naħat. 

L-omm tgħid li darba minnhom qabad itiha bil-ponn u benġilha, tant li meta nduna x’għamel ħasilha fil-banju hu stess u nofsiegħha wara, muġugħa kif kienet kellha tmur għax-xogħol. Darba oħra sawwatha meta kellha seba’ xhur tqala bit-tifla l-oħra u kienu qegħdin għand ommha u mbagħad hu ried joħroġ ma’ sieħbu f’nightclub u meta qaltlu biex minflok imorru d-dar, tgħid li taha daqqa ta’ ponn ġo wiċċha u kissrilha s-snien ta’ isfel. Kienet daħlet l-isptar għax anke rat id-demm. Dakinhar hu xorta ħareġ. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport