Il-ġurnata tal-Milied bdiet bi traġedja għal 72 persuna hekk kif ajruplan li kien niżel fl-ajruport ta’ Kazakhstan spiċċa f’ballun tan-nar.
S’issa ġie kkonfermat li mill-inqas 10 persuni tilfu ħajjithom filwaqt li 28 presuna ddaħlu l-isptar ħafna minnhom fil-periklu tal-mewt. Il-Ministru tal-Emerġenza tal-pajjiż qal li baqa’ xi persuni li s’issa għadhom ma nstabux.
It-titjira ta’ Azerbaijan airlines telqet mill-kapitalu Baku u kellha tinżel fil-belt Russa ta’ Grozny. Iżda l-piloti ddeċidew li jagħmlu nżul ta’ emerġenza fil-belt ta’ Aktau, iżda nżul spiċċa fi traġedja.
Intant il-Ministru tas-Saħħa tal-pajjiż qal li s’issa jista’ jikkonferma li 14-il persuna salvaw, iżda hemm biża li 40 persuna spiċċaw maħruqin fl-ajruplan stess hekk kif spiċċa f’ballun tan-nar.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-piloti nnutaw xi ħsara fl-ajruplan u għalhekk talbu li jagħmlu nżul ta’ emerġenza fl-qereb ajruport li kien hemm waqt it-titjira. Iżda hekk kif kien se jmiss mal-art, l-ajruplan spiċċa sploda.