Monday, December 23, 2024

Jiġġarraf ajruplan tal-merkanzija fil-Greċja

Aqra wkoll

Ajruplan tal-merkanzija li kien qed itir mis-Serbja lejn il-Ġordan iġġarraf is-Sibt filgħaxija f’Kavala fil-Greċja. It-tmien persuni li kienu abbord mietu kollha. 

L-ajruplan kien qiegħed iġorr 11-il tunnellata ta’ armi. Filmati juru kif inqabad in-nar fl-ajruplan u ġġarraf ftit wara. Kien irrapurtat li l-pilota talab inżul ta’ emerġnza fl-ajruport ta’ Kavala minħabba problemi fil-magna iżda dan ma kienx possibbli li jagħmel l-inżul fil-ħin. 

Nies li jgħixu fil-viċinanzi ġew imwissija biex jibqgħu ġewwa u ma joħorġux. Il-Ħadd filgħodu kienu qed jintużaw drones biex ikunu jistgħu jissorveljaw il-post b’aktar attenzjoni. Ġie rrappurtat lill-armata li għalissa ħadd ma jista’ jersaq lejn il-post fejn seħħ it-tiġrif sakemm dan jitqies bħala sigur. 

“Bħalissa hemm duħħan u sħana qawwija, kif ukoll sustanza bajda li m’aħniex nagħrfu għalhekk qed nistennew it-tim tal-forzi armata sabix jinfurmawna jekk nistgħux immorru fuq il-post” Qal kelliem mill-għaqda tan-nar fil-Greċja. 

Ekonomija

Sport