Sunday, November 24, 2024

Jiġġarraf aktar bini bit-theżżiża tal-bieraħ fit-Turkija

Aqra wkoll

Waqt li l-ħidma tas-salvataġġ baqgħet għaddejja 24 siegħa, ilbieraħ seħħew aktar terremoti fost l-oħrajn wieħed li laħaq il-qawwa ta’ 5 gradi fuq l-iskala richter.

Konsegwenza ta’ dan reġa’ ġġarraf aktar bini, iżda rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jgħidu li fil-bini ma kien hemm ħadd minħabba li kulħadd kien evekwat minn ġranet qabel.

B’kollox s’issa nstabu 46,000 persuna mejta taħt it-tifrik u aktar minn 84,000 binja ġġarfet jew għanda ħsarat kbar.

Intant, is-sitwazzjoni fis-Sirja hija xi ftit jew wisq differenti minħabba li ħaddiema tas-salvataġġ mill-komunità internazzjonali mhux qegħdin jaslu fiż-żoni milqutin tat-terremot.

Għaqdiet Internazzjonali huma mħassbin ferm minħabba li hemm eluf kbar ta’ persuni li m’għandhomx ikel u ilma tajjeb għax-xorb hekk kif dawn il-provisti mhux qegħdin jitħallew jidħlu fis-Sirja.

F’dan il-pajjiż mietu eluf kbar oħrajn ta’ persuni u baqa’ eluf oħrajn midrumin taħt it-tifrik.

Sport