Monday, December 9, 2024

Jiggradwaw mal-238 student mill-IDEA Academy

Aqra wkoll

Mitejn, tmienja u tletin (238) student, mill-IDEA Academy, gradwaw f’firxa wiesa’ ta’ korsijiet li jinkludu Masters fit-Tmexxija; fil-Governanza; fil-Management; fl-Avjazzjoni; fl-Ospitalità, fil-Management b’rabta mal-Kostruzzjoni u fit-tmexxija tal-ħarsien tal-Anzjani fost oħrajn. Kif ukoll f’korsijiet fil-livell ta’ Diploma.

Dawn l-istudenti ġejjin minn Malta; l-Grecja; l-Ungerija; l-Italja; l-Albanija; r-Russja; l-Palestina; l-Indja; l-Pakistan u r-Rumanija.

Ic-ċerimonja tal-gradwazzjoni saret fil-lukanda Hilton ġewwa San Giljan.

40% tal-gradwati kienu rgiel filwaqt li 60% kienu nisa.

Maria Louisa Domenici, wahda mill-gradwati, u omm ta’ erbat it-tfal, spjegat kif bdiet l-istudji tagħha mal-IDEA Academy fl-livell ta’ diploma u issa gradwat b’Masters fix-Xjenza tat-Tmexxija fil-qasam tas-saħħa.

Min-naħa tiegħu, l-Inġinier Vince Maione, Prinċipal tal-Akkademja, spjega kif f’dinja li qed tinbidel b’pass mgħaġġel, l-edukazzjoni hi pilastru importanti fl-ekonomija ta’ pajjiżna.

Dr Silvio De Bono, Fundatur u Kap Manigerjali tal-IDEA Group, saħaq fuq il-ħtieġa li l-operaturi fil-qasam tal-edukazzjoni privata jiffurmaw parti mill-ekosistema nazzjonali tal-edukazzjoni u dan sabiex jgħinu fit-taħriġ ta’ ħaddiema aktar speċjalizzati.

IDEA Group din is-sena se jkun qed ifakkar l-20 sena mit-twaqqif tiegħu.

Ekonomija

Sport