Sunday, August 10, 2025

Jiġi arrestat is-sewwieq tal-inċident fatali… għandu 17-il sena

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-pulziija qalu li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni dalgħodu fi Triq Salvu Psaila, Birkirkara, wasslu sabiex l-allegat sewwieq tal-karozza, ġuvni ta’ 17-il sena, u l-passiġġier l-ieħor ta’ 18-il sena, it-tnejn residenti Ħal Qormi, ġew arrestati ftit sigħat wara l-inċident.

It-tfajla ta’ 18-il sena li aktar kmieni kienet arrestata b’ konnessjoni mall-każ ġiet iċċertifkata bi ġrieħi gravi.

Aktar kmieni: Sewwieq ta’ mutur jitlef ħajtu f’Birkirkara

Sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu traġikament f’Birkirkara aktar kmieni dalgħodu.

Jirriżulta li fi Triq Salvu Psaila għall-ħabta tal-5.20am kien seħħ inċident tat-traffiku bejn karozza u mutur.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 42 sena minn Nepal, residenti Birkirkara, u karozza Maserati Levante. Wara l-impatt, il-karozza ħabtet ukoll ma’ tliet vetturi pparkjati. Ix-xufier u żewġ passiġġiera tal-karozza ħarbu minn fuq il-post.

Fuq il-post wasal tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur.

Sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Waħda mill-passiġġiera tal-karozza, tfajla ta’ 18-il sena residenti l-Mosta, instabet ftit minuti wara fil-viċinanzi u ġiet arrestata. Minħabba xi ġrieħi, hija ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għal kura; il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin u l-Pulizija qed tkompli bit-tfittxijiet għas- sewwieq tal-karozza u l-persuna l-oħra. Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat u ħatar numru ta’ esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport