Ekrem Imamoglu, is-Sindku ta’ Istanbul ġie arrestat fl-aħħar sigħat fejn skont l-awtoritajiet Torok qiegħed jgħin f’investigazzjoni dwar korruzzjoni. Ftit tal-jiem oħra hu kien se jintażel biex ikun il-kandidat għall-elezzjonijiet Presidenzjali f’isem il-Partit Repubblikat tal-Poplu.
Il-politiku li kiseb popolarità kbira fil-pajjiż seta’ ħareġ għall-elezzjoni presidenzjali u jirbaħ bil-konsegwneza li l-President Recep Tayip Erdogan jitlef il-poter.
Il-Prosekuzzjoni qalet li hu jista’ jkun li se jiġi akkużat li qiegħed imexxi organizzazzjoni kriminali.
Miegħu ġew arrestati aktar minn 100 persuna oħra fosthom politikanti li jopponu t-tmexxija tal-President, ġurnalisti u anke negozjanti. Minħabba biża’ li fil-kapitali jkun hemm protesti kbar, il-Gvern ħabbar li għal dawn il-jiem li ġejjin se jkun hemm restrizzjonijiet fuq il-belt.