Sunday, November 3, 2024

Jiġi arrestat Mathias Pogba fuq kumplott ta’ rikatt fuq ħuh Paul il-player ta’ Juventus

Aqra wkoll

Ħu Paul Pogba, Mathias, ġie arrestat fuq suspett li ħa sehem fil-kumplott ta’ rikatt kontra l-eks midfielder ta’ Manchester United.

Mathias Pogba, flimkien ma’ erbgħa oħra, inżammu taħt il-kustodja tal-pulizija f’Pariġi wara li ġew arrestati għall-interrogazzjonijiet fuq allegazzjonijiet li kienu parti minn grupp li pprova jirrikatta lil Paul għal €13-il miljun.

Rapporti qed jiżvelaw li Pogba, li ngħaqad ma’ Juventus, b’kuntratt ta’ €100,000 fil-ġimgħa, f’Marzu li għadda ġie attakkat b’arma tan-nar fil-flat tiegħu f’Roissy-en-Brie, fis-subborg tal-Lvant ta’ Pariġi.

Pogba allega li kien ordnat iħallas ‘flus għall-protezzjoni personali’, li jammontaw għal €1 miljun fis-sena, mindu kellu  16-il sena meta sar player professjonali.

Qed jingħad li Pogba ipprova jirtira l-ammont sħiħ iżda ma kienx awtorizzat mill-bank tiegħu.

Minflok, huwa kien iħallas €85,000 lil dan il-grupp iżda mbagħad ressaq ilment kriminali wara li l-istess grupp kompla jippressa għal aktar flus.

Aktar kmieni dan ix-xahar, il-prosekuturi Franċiżi fetħu investigazzjoni ġudizzjarja wara l-allegazzjonijiet ta’ Pogba.

Fi stqarrija huma sostnew: “Ibbażat fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni preliminari, l-uffiċċju tal-prosekutur ta’ Pariġi nieda investigazzjoni ġudizzjarja relatata ma’ allegazzjonijiet kontra persuni mhux magħrufa, inkluż rikatt minn grupp kriminali u t-twettiq ta’ reat u s-sħubija f’konfoffa kriminali.”

Sport