Sunday, November 24, 2024

Jiġi ddisinjat flokk bl-iskop li min jixtrih ikun qed jgħin lill-ommijiet fl-Ukrajna

Aqra wkoll

SOS Malta qasmet l-aħbar li flokk iddisinjat apposta issa jinsab għall-bejgħ biex jappoġġja lill-ommijiet kuraġġużi tal-Ukrajna.

Fost dawk il-persuni li libsu dan il-flokk li jirrapreżenta lin-nisa Ukreni kien hemm il-Ministru Farrugia Portelli.

Dan huwa proġett minn SOS Malta u nħadem minn Cessani bl-iskop li min jixtri dan il-flokk, ikun qed jgħin lill-ommijiet fl-Ukrajna. B’kollox saru 100 flokk u qed jinbiegħu għall-prezz ta’ €35. Biex wieħed jordna jew jixtri flokk jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq 77008811 jew imur direttament għand Cessani Fashion.

Intant, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli llum iltaqgħet mal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa fejn kien diskuss l-irwol tal-mara fl-għaqdiet volontarji u l-inklużjoni b’mod ġenerali.

Kienu wkoll diskussa inizjattivi fejn l-Istrateġija Nazzjonali ta’ Persuni b’Diżabilità tiddawwar f’waħda reali u tanġibbli biex is-soċjetà Maltija tkompli tevolvi f’waħda aktar inklussiva.

Sport