Friday, December 13, 2024

Jiġi ffirmat ftehim bejn il-Fondazzjoni Kreattività u l-Aġenżija Żgħażagħ

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera flimkien mal-Ministru għall Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppresedew għall-iffirmar ta’ ftehim bejn il Fondazzjoni Kreattività u l-Aġenżija Żgħażagħ

L-għan ta’ dan il-ftehim bejn iż-żewġ entitajiet huwa sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal arti kreattiva fost iż-żgħażagħ u tippromwovi l-parteċipazzjoni attiva tagħhom. Din il kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet ser twassal sabiex jiżviluppaw inizjattivi u attivitajiet li  jistgħu jikkontribwixxu lejn aktar għarfien dwar l-importanza tal-arti kreattiva fost iż-żgħażagħ. 

Fondazzjoni Kreattività għandha numru ta’ ftehim ta’ kollaborazzjonijiet ma’ entitajiet pubbliċi, kif  ukoll ma’ organizzazzjonijiet volontarji fejn dawn il-kollaborazzjonijiet jiffaċilitaw ix-xogħol ta’  Spazju Kreattiv li jservi ta’ qafas għal struttura formali li apparti t-talent jiffjorixxi, il-partijiet  konċernati jħarsu lejn l-għan fit-tul komuni. 

Il-Ministru Herrera saħaq li “Spazju Kreattiv qiegħed hemm sabiex iservi ta’ think-tank għall-ħsieb  artistiku u kulturali f’pajjiżna. Nafferma illi l-kultura u l-arti huwa dritt inerenti tal-bniedem, għalhekk  dan il-ftehim iservi bħala outreach fejn ninvolvu b’mod dirett liż-żgħażagħ, sabiex minn ċkunithom  jkunu jagħrfu jgawdu dan id-dritt tagħhom.” Huwa kompla li dan il-ftehim jikkumplimenta wkoll il 

programm ta’ Spazju Kreattiv għax fil-programm vast li għadu kif ġie mniedi riedu li jinvolvu liż żgħażagħ. 

Il-Ministru Farrugia Portelli saħqet li l-ffirmar ta’ dan il-ftehim bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività huwa b’konformità mal-ħames għan Strateġiku tal-Politika  Nazzjonali taż-Żgħażagħ li ġiet imnedija ftit ta’ xhur ilu. Il-Ministru spejgat kif dan il-ftehim jirrifletti  l-appoġġ tal-gvern għal programmi varji nazzjonali, proġetti u inizjattivi minn setturi differenti għal  żgħażagħ li jieħdu ħsieb u jippromwovu l-istat ta’ saħħa tajba, kreattività, espressjoni artistika u  kulturali, u innovazzjoni u involviment biex jiġu indirizzati suġġetti globali għal żvilupp sostenibbli. 

Fil-konklużjoni tagħha, il-Ministru Farrugia Portelli qalet li “Aġenzija Żgħażagħ se tkun qed taħdem  b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività biex ikunu żviluppati u implimentati  inizjattivi u attivitajiet li jinformaw u jkattru l-għarfien dwar l-importanza tal-arti kreattiva fost iż żgħażagħ u jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva tagħhom.”

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq kif il-Gvern permezz ta’ dan il-ftehim jikkonferma l impenn tiegħu lejn iż-żgħażagħ u l-arti kreattiva u kkonferma li ż-żewġ materji jmorru id f’id  u jistħoqqilhom kull investiment u sostenn. Dan l-iffirmar, ixxprunat mill-Politika Nazzjonali taż Żgħażagħ, li serviet bħala punt ta’ gwida strateġiku, se jiżgura li tiżdied il-kuxjenza u ssaħħaħ l importanza tal-arti kreattiva fost iż-żgħażagħ. Is-Segretarju Parlamentari spjega kif iż-żgħażagħ huma  l-futur ta’ pajjiżna u kull investiment u ftehim li jsir fil-preżent u li huwa maħsub li jinforza lis-settur  taż-żgħażagħ se jkun qed iħalli l-frott fis-snin li ġejjin. 

Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda jgħid li, “iż-żgħażagħ u l-kreattività huma katina li jmorru id  f’id. Bħala l-futur ta’ pajjiżna, il-Gvern huwa kommess u determinat li jinvesti fil-ħiliet taż-żgħażagħ  tagħna u jaċċerta li ż-żgħażagħ iħaddmu u jimmassimizzaw l-abbiltajiet tagħhom. Is-Segretarju  Parlamentari Clifton Grima kkonkluda jgħid li “kull investiment fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin  huwa investiment dirett f’Malta ta’ għada.” 

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kreattività Rupert Cefai saħaq li l-għan tal-Fondazzjoni huwa li jaġixxu  bħala katalist fl-iżvilupp ta’ sezzjonijiet speċjalizzati fis-settur kulturali u kreattiv u li jkomplu  joħolqu opportunitajiet u jgħinu fl-iżvilupp ta’ artisti futuri fis-settur kreattiv Malti u li tkompli  tgħaqqad artisti emerġenti u dawk stabbiliti. 

Fondazzjoni Kreattività u Aġenżija Żgħażagħ ikkollaboraw fis-snin li għaddew u ġiet stabbilita relazzjoni pożittiva bejn iż-żewġ entitiajiet fejn ħolqu ambjent pożittiv u kreattiv għaż-żgħażagħ fi  ħdan il-programm. Il-kollaborazzjoni hija vitali għall-espressjoni kreattiva kontemporanja u b’mod  aktar speċifiku għall-programm ta’ Spazju Kreattiv li permezz ta’ kollaborazzjonijiet ma’ artisti,  organizzazzjonijiet, entitajiet u individwi, talent lokali jilħaq livell ieħor, temm jgħid Cefai.

Ekonomija

Sport