Sunday, November 24, 2024

Jiġi fi tmiemu l-Kampjonat Dinji tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel

… Mhux ir-riżultat mixtieq għas-sewwieq Malti minkejja prestazzjonijiet tajbin

Aqra wkoll

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonat Dinji tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel ġiet fi tmiemha wara żjara fi tliet pajjiżi u erba’ korsi għal total ta’ 20 tiġrija. L-erba’ legs tat-tlielaq saru f’korsa fl-Olanda fil-Victoria Park, fil-Belġju f’Hippodrome de Wallonie u tnejn oħra saru fil-Ġermanja f’Korsi f’Gelsenkirchen u f’Berlin. 

Ir-rappreżentant Malti Rodney Gatt ipparteċipa kontra wħud mill-aqwa sewwieqa minn madwar id-dinja u minkejja prestazzjonijiet tajbin min-naħa tiegħu, huwa akkumula biss 78 punt b’kollox biex spiċċa fil-qiegħ tal-klassifika.

L-aħjar riżultati ta’ Rodney Gatt kienu żewġ tiġrijiet fit-tieni post, ir-raba’ post u tnejn oħra fil-ħames post.

Il-podju tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonat Dinji jaqra hekk:

L-1 – Rick Ebbinge għall-OLANDA – 163 punt,

It-2 – Doug Mcnair għall-KANADA – 150 punt,

It-3 – Hanna Hugens għall-BELĠJU – 150poins,

B’din ir-rebħa Rick Ebbinge sar it-tieni sewwieq li qatt rebaħ dan il-kampjonat prestiġjuż għal żewġ edizzjonijiet infila wara li kien ħareġ rebbieħ tal-aħħar edizzjoni li kienet saret lura fl-2019. L-uniku sewwieq ieħor li rnexxielu jagħmel dan kien in-Norveġiż Ulf Thoresen li rebaħ il-kampjonat lura fl-1979 u fl-1981. Fil-passat pajjiż ieħor irnexxielu jerbaħ il-kampjonat f’żewġ edizzjonijiet infila, iżda b’sewwieqa differenti. Ir-rebbieħ tal-1983 Robert Cameron kien segwit minn Tony Herlihy fl-1985. It-tnejn li huma rrappreżentaw lil New Zealand.

Sport