Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp, u r-riħ qawwi li qed jolqot il-gżejjer Maltin, is-servizz tal-Gozo Channel ġie sospiż.
Hu mistenni li s-servizz se jibqa’ sospiż għal lejl kollu.
Matul il-ġurnata minħabba l-forza tar-riħ, is-servizz kien qed jopera minn wara Kemmuna biex b’hekk jevita l-mewġ qawwi mill-Punent il-Lbiċ.
Intant ir-riħ qawwi Forza 8 buffuri ta’ Forza 9 se jibqa’ sa għada fis-6.00am. Wara jinżel Forza 7 u jibqa’ hekk sal-4.00pm.
It-Tnejn pero r-riħ jerga’ jitqawwa għal Forza 8.