Hekk kif fuq il-gżejjer Maltin bħalissa hawn riefnu mill-Punent Majjistru, il-Gozo Channel ħabbret li kienet qiegħed tissospendi s-servizzi tagħha bejn il-gżejjer.
Ir-riħ se jkomplu b’din il-qawwa sa mill-inqas l-10.00pm fejn imbgħad bil-mod il-mod matul il-lejl jibda jnaqqas.
Intant fuq il-midja soċjali tal-pulizija inħareġ avviz biex is-sewwieqa jevitaw Triq San Ġwann, il-Għargħur.
Dan minħabba li t-triq tinstab temporanjament magħluqa minħabba arblu tad-dawl li waqa’ fit-triq, li jista’ jkun ta’ periklu għas-sewwieqa.