Saturday, December 21, 2024

“Jiġi wieħed jgħidli ħa taqla 100 Lira jew ħames Liri biż-żiemel, biż-żiemel immur” – Charlie l-Qamma

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Qabel konna narmaw anke tiġijiet imma issa bil-mod anke minħabba l-pandemija! Illum ngħodd wieħed u sebgħin sena imma ilni tnejn u ħamsin sena narma. Tiġijiet għamilna wkoll, għandi l-karozzella biż-żewġ għalina kif taraha ġġennek, mod ieħor mill-karozzi.

F’ħajti għamiltha ma’ ħafna bdiewa u raħħala. Għandi rispett kbir lejhom jiena għax ix-xogħol tagħhom jirrikjedi dedikazzjoni kbira. Barra minn hekk dawn għandhom ħafna affarijiet kontrihom fosthom l-isfidi tal-ispejjeż u l-elementi li dejjem kontrihom.

Minn dejjem biż-żwiemel imma meta kont għandni iżgħar kont ninnegozja xi bhejjem ukoll, daqqa xi fniek, oħra xi żewġ gidien, oħra xi erba’ nagħġiet u anke ħrief għal żmien il-festi speċjalment. Mur għodd il-bhejjem kollha li għaddew minn taħt idejja.

Għandi lil uliedi Elton u Charles li jarmaw hawn ukoll biż-żiemel imma minn hawn ma jkampawx bilfors iridu jagħmlu xogħol ieħor biex jgħixu. Din tkun ġo fik. Jien jekk jiġi bniedem jgħidli ħa taqla mitt lira jew ħamsa biż-żiemel jien biż-żiemel niġi. Hekk hu b’hekk illum pensjonant ukoll.

Jien anke vojt immur dawra nieħu pjaċir jew ngħabbi b’€10 jew €15 xorta nieħu pjaċir. Tgħidli qatt ma rajt €10? Imma dak m’għandux x’jaqsam mela jien issa ta’ din l-età se nagħmel dan ix-xogħol għall-flus, imma k’naqbad kif qed ngħidu €10 ngħaddi għand tal-ġwież nġib xkora xgħir, bejn ngħid kelma u nkompli man-nies hekk nħoss ċertu paċi f’qalbi.

Illum għadni niġġennen biex nixtri xi erba’ nagħġiet imma ma tibqax li tkun.”

Charlie l-Qamma; Dilettant tal-bhejjem

Ekonomija

Sport