Friday, December 27, 2024

Jiġri kilometru aktar bi żball u xorta jirbaħ il-maratona ta’ Stokkolma

Aqra wkoll

Fil-maratona ta’ Stokkolma rrenja kaos kbir tant li l-ewwel tliet atleti li kienu qed jillidjaw din it-tellieqa intbagħtu fi triq ħażina fejn kellhom jiġru 1.1 kilometri aktar.

It-tliet atleti, Felix Kirwa, Tesfaye Lencho Anbesa, u Merhawi Keste, ġew indikati rotta ħażina. Huwa ġrew għal minuta sħiħ fejn indunaw li kienu fit-triq il-ħażina fejn anke tilfu l-vantaġġ.

Iżda Kirwa għamel rimonta kbira biex irnexxielu jirbaħ f’sagħtejn, 11-il minuta u 7 sekondi.

Madankollu l-iżball tal-organizzaturi sewa lil Kirwa milli jikser ir-rekord ta’ din il-maratona li huwa 57 sekonda inqas.

Ekonomija

Sport