L-Assoċjazzjoni Maltija tal-BMX għadha kif organizzat edizzjoni oħra tant mistennija tal-BMX Summer Fest 2025 li saret fil-Malta BMX Track f’Pembroke. Dan l-avveniment kien l-aħħar wieħed tal-Kampjonat li beda f’Novembru li għadda.
Dan l-avveniment tal-BMX beda bit-tiġrijiet ta’ enerġija għolja f’kategoriji ta’ etajiet differenti, b’Scott Saliba Balzia jispiċċa champion tal-Kategorija ta’ bejn is-7–10 snin. Lorenzo Baraggioli huwa c-champion tal-Kategorija ta’ bejn l-10 u t-13-il sena, bi Brodie Pace u Eddie Baraggioli jispiċċaw fit-tieni u t-tielet pozizjoni rispettivament.
Simon Vella huwa ċ-champion tal-Kategorija tat-13-il sena ‘l fuq, filwaqt li warajh spiċċaw Yashua Bonnett u Luca Mangion.
L-avveniment kien organizzat mill-President tal-Malta BMX John Zammit u l-ekwipaġġ dedikat tal-Malta BMX, li l-isforzi tagħhom żguraw is-suċċess ta’ dan il-BMX Summer Fest, kif wkoll l-avvenimenti l-oħra li kienu marbuta ma’ dawn il-Kampjonati. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-BMX testendi l-grazzi tagħha lill-parteċipanti, partitarji, u voluntiera kollha li kkontribwew biex jagħmlu dan l-avveniment ċelebrazzjoni ta’ talent, passjoni, u spirtu ta’ komunità. Fi tmiem dan l-avveniment saru l-premjazzjonijiet lir-rebbieħa mill-President John Zammit.