Sunday, December 22, 2024

Jiġu ppreżentati €65,000 li nġabru mill-kampanja Pink October Movember

Aqra wkoll

Lejliet il-Jum Dinji tal-Kanċer, it-tim tal-Kampanja Pink October Movember ippreżenta l-fondi miġbura matul il-kampanja edukattiva li saret f’Ottubru 2021. Minkjja l fatt li minhabba l-pandemija tal COVID 19 ma sarux attivitajiet ta’ gbir ta’ fondi il-pubbliku generali xorta gabar is-somma sabiha ta’ €65,000. 

Il-fondi dalgħodu ngħataw lil NGOs relatati mal-kanċer li jappoġġjaw b’modi differenti l-pazjenti u l-familji li jgħaddu minn trawma tal-kanċer.  Parti mill-fondi se jmorru wkoll għall-kampanja edukattiva tal-2022 u lejn l-akkwist ta’ tagħmir li għandu jintuża mill-kirurgi fl-Isptar tal-Onkologija, Sir Anthony Mamo.

Dr. Danika Marmara, Direttur tad-Direttorat Cancer Care Pathways enfasizzat l-importanza ta’ kampanji edukattivi bħal dawn li jagħmlu lill-pubbliku aktar konxju u appoġġat aħjar u tħeġġeġ il-kontinwazzjoni ta’ dawn il-kampanji nazzjonali li qed jedukaw lill-pubbliku.

Is-Sinjura Michelle Muscat, Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold li tikkordina din il-kampanja, irringrazzjat lill-konsulenti tal-onkologija, tobba, infermiera, professjonisti tas-saħħa, pazjenti, volontiera u sponsors talli bix-xogħol volontarju tagħhom jagħmlu din il-kampanja suċċess. Is-Sinjura Muscat sostniet li l-messaġġ tal-kampanja għandu jibqa’ jgħodd matul is-sena kollha fejn wieħed m’għandux jibza’ jiċċekja lilu nnifsu b’mod regolari u kemm jista’ jkun jgħix ħajja b’saħħitha. 

Europa Donna Malta, Action for Breast Cancer, Hospice Malta, Puttinu Cares, Karl Vella Foundation, Smiling with Jerome Foundation u Movember Europe ġew ippreżentati kollha bid-donazzjonijiet.

Ekonomija

Sport