Tuesday, November 26, 2024

Jikkonferma li x-xita tal-bieraħ tagħmel parti mill-Għerejjex ta’ Santa Marija

Aqra wkoll

It-Tnejn filgħodu, il-Gżejjer Maltin stenbħu bl-ewwel taqtiriet tax-xita. Il-maltemp ra l-bidu tiegħu f’Għawdex, għall-ħabta tas-6.00 a.m., fejn instema’ r-ragħad li ħasad lil bosta. Aktar tard ix-xita mxiet ukoll lejn Malta.

“Il-Ħadd, firxa ta’ pressjoni baxxa li kienet fuq in-naħa t’isfel ta’ Sqallija, fosthom Modica, Rosolini u Katanja, sa filgħaxija bdiet titlef mill-intensità. Sħab Cumulus minn din il-firxa ta’ maltemp intensifika bejn Għawdex u Sqallija fuq il-baħar. Kawża tal-arja sħuna fin-Nofsinhar ta’ Malta, dan is-sħab intensifika u tana l-ewwel xita kif ukoll l-ewwel ragħad fil-Gżejjer Maltin”.

Qal dan Gordon Grech, l-amministratur tal-paġna ‘Aġġornament tat-Temp’, f’kummenti li ta’ lil dan is-sit. Huwa kompla jfisser ma’ Talk.mt li Għawdex kienet l-aktar gżira milquta mill-Gżejjer Maltin, b’medja ta’ 7mm ta’ xita.

Mistoqsi jekk l-ewwel ħalbiet tax-xita tal-bieraħ jistgħux jiġu kklassifikati bħala l-Għerejjex ta’ Santa Marija, Grech wieġeb fl-affermattiv minħabba li l-formazzjoni tax-xita żviluppat minn dipressjoni li ġiet minn Sqallija u tħalltet mal-arja sħuna tat-temp Mediterranju: “Nistgħu ngħidu li iva, għax il-mod kif żviluppat kienet ikkawżata minn dipressjoni minn fuq Sqallija u ltaqgħet ma’ arja sħuna fil-Mediterran”.

Fl-istess waqt, il-paġna ‘Aġġornament tat-Temp’ fakkret li l-istaġun il-ġdid tax-xita jibda mill-ewwel jum ta’ Settembru.

Sport