Ritratti: N.Vella
Aktar kmieni dalgħodu pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wieġbu għal sejħa fi blokka ta’ appartamenti f’San Pawl il-Baħar.
F’din l-operazzjoni kienu involuti tliet vetturi tat-tifi tan-nar, tliet uffiċjali u 10 pumpiera stazzjonati fix-Xemxija li aktar tard kienu assistiti minn dawk f’Kordin.In-nirien kienu kkontrollati f’qasir żmien u waqt it-tfittxijiet ta’ prekawzjoni kien salvat qattus minn wieħed mill-appartamenti.
Minkejja li dawk involuti taw l-ewwel assistenza, il-qattus miet kawża tal-ġrieħi li sofra fl-imsemmi inċident.
