Thursday, May 16, 2024

Jilqgħu r-riformi li saru iżda jgħidu li għad baqa’ sfidi oħra 

Id-delegazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili fi ħdan il-Parlament Ewropew ittemm iż-żjara tagħha f’Malta

Aqra wkoll

Id-delegazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili kkonkludiet iż-żjara tagħha f’Malta, li ġiet organizzata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta’ Monitoraġġ tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (DRFMG).

Id-delegazzjoni kienet magħmula minn Vladimír BILČÍK (PPE, SK), Franco ROBERTI (S&D, IT), Sophie IN ‘T VELD (Renew, NL) bħala President tad-Delegazzjoni, Gwendoline DELBOS-CORFIELD (Verts/ALE, FR), Nicolaus FEST (ID, DE), u Konstantinos ARVANITIS (The Left, EL). 

Bejn it-Tnejn u l-Erbgħa, id-delegazzjoni iltaqgħet mal-President tar-Repubblika ta’ Malta Dr George Vella; il-Prim Ministru Dr Robert Abela u Membri tal-Kabinett; l-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg; u l-Ispeaker tal-Parlament Hon Anġlu Farrugia u l-Membri Parlamentari Maltin. Huma ġabru wkoll informazzjoni minn kummissarji u impjegati għolja taċ-ċivil, rappreżentanti tal-Europol (l-aġenzija tal-pulizija tal-UE) u korpi regolatorji, kif ukoll NGOs, is-soċjetà ċivili, ġurnalisti u rappreżentanti tal-Proġett Daphne, u l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Sophie in ‘t Veld, President tad-DRFMG u tad-delegazzjoni, qalet: “Iż-żjara f’Malta saret fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ li ilu għaddej mill-2018, u b’mod aktar partikolari fl-isfond ta’ dibattitu intensifikat dwar l-importanza tal-istat tad-dritt fl-Ewropa, u l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità tal-istat tad-dritt fir-rigward tal-fondi tal-UE. Napprezzaw id-disponibbiltà kontinwa tal-awtoritajiet Maltin u tal-gvern għad-djalogu u l-iskambju.”

Hija qalet li d-delegazzjoni laqgħet għadd ta’ riformi li nbdew jew tqiegħdu fuq l-aġenda politika mill-aħħar żjara tagħna f’Diċembru 2019. Madankollu, saħqet li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet għad iridu jiġu implimentati jew ikkompletati.

“F’dan ir-rigward, id-delegazzjoni tibża’ li ċertu sens ta’ urġenza ntilef, filwaqt li ħafna mill-isfidi fundamentali f’Malta għadhom jippersistu. Id-delegazzjoni għalhekk tinsisti fuq il-ħtieġa urġenti li jitħaffef il-pass għall-attwazzjoni tar-riformi leġislattivi meħtieġa.”

Hija qalet li waħda mill-problemi ewlenin relatati mas-sistema ġudizzjarja hi d-dewmien fil-proċeduri. Semmiet ukoll il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u saħqet li għalkemm għaddew erba’ snin u nofs għadha ma saritx ġustizzja u għadd ta’ akkużati għadhom ma ġewx ikkundannati.

“Fir-rigward tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati b’mod ġenerali, id-delegazzjoni tilqa’ l-fatt li qed jiżdiedu l-kapaċitajiet. Id-delegazzjoni tilqa’ r-riforma fil-proċedura tal-ħatra tal-imħallfin, u r-riforma li għaddejja tal-uffiċċju u r-rwol tal-Avukat Ġenerali. Madankollu, għadu kmieni wisq biex jiġu vvalutati l-bidliet.

“Nilqgħu wkoll l-isforzi tal-FIAU li diġà taw riżultati tanġibbli. B’mod ġenerali, huwa essenzjali li jkun hemm prosekuzzjoni rigoruża ta’ reati finanzjarji u ekonomiċi ta’ profil għoli, speċjalment il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Id-DRFMG se jissorvelja mill-qrib l-iżviluppi fir-rigward tal-prosekuzzjoni tal-kriminalità. 

Id-delegazzjoni enfasizzat li l-programm Malti ta’ Ċittadinanza b’Investiment jibqa’ sors ta’ tħassib kbir, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Parlament li ċ-ċittadinanza tal-UE mhijiex għall-bejgħ, u appellat biex jitneħħa l-programm. Appellat ukoll lill-awtoritajiet biex jiżguraw il-protezzjoni tal-ġurnalisti f’kull ħin u jissalva

Sport