Tuesday, December 24, 2024

Jim Ratcliffe jista’ jingħaqad ma’ Man Utd qabel il-Milied

Aqra wkoll

Rapporti qed isostnu li Jim Ratcliffe se jingħaqad mal-amministrazzjonii ta’ Manchester United b’mod imminenti hekk kif jidher li s-sidien Amerikani, il-familja Glazier, aċċettat l-investiment tiegħu ta’ £1.25 biljun. 

Iżda l-partitarji qed jiġu mwissija biex ma jistennewx li l-’kalzetti tal-Milied’ se  jkunu mimlija rigali minkejja l-wasla tal-biljunarju.

Is-sid ta’ Ineos u partitarju kbir tar-Red Devils, xtara 25% tal-ishma fil-club ta’ Old Trafford. 

It-taħdidiet ilhom xhur sħaħ għaddejjin iżda l-media Ingliża qed issostni li proprju qabel il-Milied se toħroġ l-aħbar li Ratcliffe se jsir ko-sid ta’ Manchester United. 

Iżda l-istess rapporti qed isostnu li fis-su q tat-trasferiment ta’ Jannar, mhux se jinġiebu players kbar. Dan minħabba li Ratcliffe qed jissorvelja l-players kollha biex matul is-sajf issir bidla radikali fl-iskwadra kif ukoll fid-dipartiment tal-iscouting. 

Richard Arnold diġà jinsab fi triqtu ‘l barra hekk kif tkompli t-tfittxija għal kap eżekuttiv ġdid.

Peró teżisti possibbiltá li, f’Jannar li ġej, ikun hemm players li jħallu lill-club … fosthom, Antony,  Anthony Martial, Jadon Sancho u Donny van de Beek. Magħhom jistgħu jitilqu Casemiro u Raphael Varane li xejn m’għandhom relazzjoni tajba mal-coach, Erik ten Hag. 

Aktar minn hekk,  minħabba r-restrizzjonijiet tal-Fair Play Finanzjarju, il-United ma jaffordjawx iżidu ħlasijiet enormi ta’ trasferimenti biex itejbu l-iskwadra f’Jannar – minkejja sejħiet għal titjib fil-ground wara l-eliminazzjoni bikrija mill-UEFA Champions League kif ukoll jinsabu ‘l bogħod mill-kwalifikazzjoni għal din il-kompetizzjoni fl-istaġun li ġej. 

Ekonomija

Sport