Friday, December 13, 2024

Jindarab gravi f’allegat hit-and-run

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li allegatament intlaqat minn vettura li telqet minn fuq il-post.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-6.00a.m. fi Triq il-Wied, Ħal Balzan.

Fuq il-post issejħet ambulanza u r-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku. Wara ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tinstab il-vettura li allegatament laqtet lir-raġel, filwaqt li nħatret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit.

Ekonomija

Sport