Friday, November 15, 2024

Jindarab gravi f’inċident bil-mutur f’Burmarrad

Aqra wkoll

Raġel ta’ 21 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur.

Dan seħħ illum għall-ħabta tas-6.30a.m. fi Triq Toni Camilleri, Burmarrad.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel weġġa’ meta waqa’ bil-mutur li kien qiegħed isuq, tal-għamla Hyosung.

Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjoni tagħha.

Ekonomija

Sport