Saturday, December 21, 2024

Jindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Kirkop

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tad-9:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Ewwel Titjira 1915, Ħal Kirkop.

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li kien seħħ inċident bejn Leyland Daf misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar, u xarabank misjuq minn raġel mill-Maċedonja ta’ 62 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna minn tim mediku fil-post u r-raġel ta’ 62 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar osservazzjoni.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport