Raġel indarab wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:20 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Sant’Andrija, is-Swieqi.
Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn erba’ vetturi; vettura smart misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti s-Swieqi, vettura Nissan March misjuqa minn raġel Taljan ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar, vettura Ford Fiesta misjuqa minn mara ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u vettura Peugeot 206 misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li permezz t’ambulanza, is-sewwieq ta’ 41 sena ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.