Tuesday, November 12, 2024

Jindarab gravi wara ħabta f’Ħal Lija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta ta’ nofsinhar kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Ta’ Torba, Ħal Lija.

Minn stħarriġ illi sar rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza VW Golf misjuqa minn raġel ta’ 23 sena, residenti ż-Żejtun u mutur Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 43 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport