Sunday, December 22, 2024

Jindarab gravi wara ħabta fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ, għal xi d-8:45 p.m ta’ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Ewropa, ir-Rabat, Għawdex. 

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti x-Xagħra u Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti x-Xagħra wkoll. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport