Sunday, October 27, 2024

Jindarab gravi wara li baqa’ dieħel f’żewġ gafef

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi wara li ħabat bil-karozza f’xi barrikati tal-plastik u żewġ gafef li kienu qed jintużaw għal xi xogħoljiet.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45a.m. ta’ dalgħodu fi Triq Għajn Dwieli, Raħal il-Ġdid.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport