Raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:00 a.m kien involut f’inċident li seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Farfett, il-Marsa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ħaddiem mill-Mali ta’ 25 sena, sofra xi ġrieħi wara li ċeda travu bih u waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.