Friday, December 13, 2024

Jindarab gravi wara li ħabat ġo ħajt tas-sejjieħ

Aqra wkoll

Tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11.00p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Għajn Kajjet, ir-Rabat. 

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li vettura Peugeot Expert, misjuqa minn raġel Ukren, ħabtet ġo ħajt tas-sejjieħ fl-istess triq. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lir-raġel. 

Permezz t’ambulanza r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Mara li kienet passiġġiera fil-vettura mar-raġel ma sofrietx ġrieħi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport