Raġel ta’ 46 sena residenti l-Mosta weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-8:15 a.m. fi Triq Birbal, f’Ħal Balzan.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura Citroen, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 51 sena residenti n-Nadur Għawdex.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.