Wednesday, December 25, 2024

Jindarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena residenti Ħad-Dingli sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ aktar kmieni illum, għall-ħabta tan-00.30a.m. fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn Peugeot 407 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Ħad-Dingli u Suzuki Baleno, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 42 sena residenti Birżebbuġa. Fis-Suzuki kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 15-il sena.

Ir-raġel ta’ 30 sena minn Ħad-Dingli li kien ukoll ġol-vettura Peugeot ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi.

Iż-żewġ persuni li kienu fis-Suzuki marru għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa. In-natura tal-ġrieħi tagħhom għada mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport