Monday, December 23, 2024

Jindarab gravi wara li nqaleb bil-karozza f’Marsaxlokk

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:30 p.m kien involut f’inċident  tat-traffiku fi Triq tax-Xerriek, Marsaxlokk.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 41 sena residenti Ħal Luqa, kien qiegħed isuq karozza Daihatsu Charade, tilef il-kontroll u nqaleb. 

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport