Saturday, December 28, 2024

Jindarab gravi wara li nqaleb bil-karozza ġewwa Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’ 48 sena residenti x-Xewkija, Għawdex, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ ibieraħ, għall-ħabta tad-9.15 p.m. fi Triq il-Belliegħa, ir-Rabat, Għawdex.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel weġġa’ waqt li kien qiegħed isuq vettura tat-tip Hyundai Accent, tilef il-kontroll u nqaleb.

Fl-inċident, vettura oħra tal-għamla Nissan Qashqai, li kienet ipparkjata sofriet xi ħsarat.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Ekonomija

Sport