Raġel ta’ 55 sena residenti Ħal Balzan weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7.00pm. fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel intlaqat minn Toyota Starlet li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 20 sena residenti ż-Żejtun.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.