Saturday, November 16, 2024

Jindarab gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Għawdex

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Anzjan sofra xi ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-5:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat Għawdex.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li karozza Hyundai Pony, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena li joqgħod Marsascala, laqtet lill-anzjan; ta’ 60 sena residenti fl-istess lokalità.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport