Raġel indarab gravi wara li għall-ħabta tad-9:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq is-Swieqi, fis-Swieqi.
Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li raġel ta’ 45 sena residenti s-Swieqi stess, intlaqat minn Honda Accord li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti Marsaskala.
Ir-raġel mis-Swieqi ngħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar osservazzjoni medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.