Żagħżugħ indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:00 a.m kien kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq tal-Infetti l-Imdina.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Ħad-Dingli għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Toyota Hilux, daħal f’ċint u spiċċa f’għalqa.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jiittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.