Pakistan ta’ 34 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li lbieraħ kien involut f’inċident li seħħ fi Triq in-Nutar Zarb f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7p.m meta r-raġel, li joqgħod BIrkirkara, kien qiegħed isuq mutur Geely Samba 125, tilef il-kontroll u waqa’.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.