Wednesday, December 25, 2024

Jindarab gravi wara li ttajjar fil-Fgura

Aqra wkoll

Raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn Opel Insignia li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 36 sena.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15a.m., fi Triq is-Sur, il-Fgura.

Il-vettura ħabtet ukoll ma’ Toyota Aygo li kienet ipparkjata.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport