Saturday, May 18, 2024

Jindarab gravi wara li ttajjar fl-Imsida

Aqra wkoll

Albaniż ta’ 48 sena residenti n-Nadur Għawdex weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn Volvo S40 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 82 sena residenti Santa Venera.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30a.m. fi Triq Dun Karm, l-Imsida.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport