Saturday, December 21, 2024

Jindarab gravi wara li waqa’ fuqu ħadid f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel ndarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:15 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’sit tal-kostruzzjoni viċin Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan. 

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li ħaddiem ta’ 48 sena, residenti Għajnsielem sofra xi ġrieħi meta intlaqat minn ħadid li waqa’ minn xi għoli. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja. 

Ekonomija

Sport