Raġel ta’ 52 sena residenti Pembroke weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’shaft.
Dan seħħ llum għall-ħabta tas-1.00p.m. f’binja f’Xatt il-Mollijiet, Marsa.
Hu ngħata l-assistenza mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.