Sunday, December 22, 2024

Jindarab gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs f’sit ta’ kostruzzjoni

Aqra wkoll

Tork ta’ 41 sena residenti l-Gżira weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs.

L-inċident seħħ aktar kmieni llum għall-ħabta tal-11.00a.m. ġewwa sit tal-kostruzzjoni viċin Triq Santu Rokku, il-Kalkara.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. 

Huma mbagħad ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja. 

Ekonomija

Sport