Raġel mil-Litwanja ta’ 22 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar żewġ metri f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ llum, għall-ħabta tat-3.30a.m. fi Triq it-Trundiera, limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.
Fuq il-post issejħu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.