Friday, December 13, 2024

Jindarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Aqra wkoll

Raġel ta’ 51 sena u residenti Ħal Qormi sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tad-8.50a.m. ġewwa residenza fi Triq l-Isperanza, il-Mosta.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivli kienu wkoll fuq il-post biex jassistu. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport