Tuesday, November 12, 2024

Jindarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’Ħal Għaxaq

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-2:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 44 sena residenti x-Xagħra, Għawdex, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular minn fuq sellum waqt li kien qed jaħdem.

Fil-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.

Ekonomija

Sport